Friday, December 13, 2024

Sejħa lura tal-prodott antibatteriku u diżinfettant tad-dar ‘Rexoguard’

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Skont l-Att dwar il-Kontroll tal-Pestiċidi, l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA) tixtieq tinforma lill-pubbliku bis-sejħa lura tal-prodott li l-importatur u d-distributur għamel rigward ‘Rexoguard’, il-prodott antibatteriku u diżinfettant tad-dar fil-fliexken kollha ta’ 250ml, 500ml, 750ml u 2 litri.

Skont id-Deċiżjoni tal-Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1765, b’effett mis-16 ta’ Diċembru 2020, ‘Klorofen’, wieħed mis-sustanzi attivi li jinsabu f’Rexoguard mhux approvat għall-użu f’diżinfettanti ta’ uċuħ, materjali, tagħmir jew għamara.

Il-konsumaturi li xtraw dan il-prodott qed jintalbu biex ma jużawhx.

Għal aktar informazzjoni jew mistoqsijiet oħra, tista’ tikkuntattja lill-MCCAA fuq [email protected].

Ekonomija

Sport