Ilbieraħ u matul il-lejl, is-sema qrib iż-żona ta’ Lake Hughes f’Los Angeles fl-Istati Uniti, is-sema nbidlet f’lewn ħamrani minħabba nar qawwi li ħakem din iż-żona. Din ix-xena, deskritta bħala waħda infernali, ġiegħlet lir-residenti tal-madwar iħollu lil darhom b’ta’ fuqhom senduqhom.
Jidher, li madwar mitt dar kellha tkun evakwati minħabba l-ħuġġieġa ta’ nar li kienet viżibbli minn 65 mil ‘il bogħod. In-nar irnexxielu jeqred mal-10,000 tomna, bl-uffiċjali tat-tifi tan-nar ikollhom isejħu għal 420 ħaddiem tat-tifi tan-nar bil-għan li jkun ikkontrollat in-nar.
B’xorti tajba ħadd, sa issa ħadd ma weġġa’ kawża tan-nirien.
The #LakeFire is just a couple miles away from us now. We are standing in between the fire and Lake Hughes in rural Los Angeles County.
— Veronica Miracle (@ABC7Veronica) August 13, 2020
If you listen closely, you can hear the roar of the flames coming toward us. @ABC7 pic.twitter.com/aQfrWvHh90