Sunday, December 22, 2024

Semmew lil binhom Lockdown anke jekk kienu jafu li kien hemm min se jiddiħak bih

Aqra wkoll

Lockdown Kakkandi huwa t-tifel imwieled ġimgħa wara li tħabbret għeluq b’mod sħiħ minħabba l-firxa tal-Covid fl-Indja fl-2020. Lockdown huwa meqjus bħala ċelebrità fir-raħal żgħir ta’ Khukhundu f’Uttar Pradesh.

“Ibni twieled fil-qofol ta’ dan il-perjodu. Kien diffiċli ħafna li ssib vettura biex nieħu lil marti għall-ħlas. Ħafna tobba lanqas biss riedu jassistu lill-pazjenti. B’xorti tajba ibni twieled mingħajr ebda kumplikazzjonijiet”, jgħid missieri Lockdown Pawan Kumar.

Fir-raħal fejn jgħix Lockdown u l-inħawi tal-madwar, kulħadd jaf l-indirizz tiegħu u ħafna jżuruh biex jiltaqgħu miegħu.

Il-missier tkellem dwar il-fatt li jkun hemm min jiddiħak bih minħabba ismu, iżda ridna li ismu jfakkarna dak kollu li għaddejna minnu f’dak iż-żmien.

L-għeluq b’mod sħiħ fuq livell nazzjonali, imħabbar mis-Sur Modi fl-24 ta’ Marzu 2020, kien ta’ xokk għal ħafna Indjani peress li ġew avżati biss ftit sigħat qabel. Il-ġimgħat ta’ wara kienu kkaratterizzati minn nuqqasijiet u telf kbir ta’ impjiegi, speċjalment fis-settur informali.

Ekonomija

Sport