Sunday, December 29, 2024

Sena ħabs wara li nqabad jipprova jdaħħal il-kannabis fil-ħabs

Aqra wkoll

Neil Carl Farrugia, ta’ 41 sena, ġie kkundannat sena ħabs wara li nstab ħati li pprova jdaħħal ir-raża tal-kannabis fil-ħabs. Ir-raġel kien inqabad mill-uffiċjali tal-ħabs hekk kif innutaw li kien qed iżomm xi ħaġa fil-ponn ta’ idu.

Farrugia kien qiegħed iżur lil ħuh li dak iż-żmien kien qed jiskonta sentenza ta’ ħabs. Hekk kif l-uffiċjali talbuh jaraw x’inhu jżomm f’idu mill-ewwel kien hemm indikazzjoni li kellu r-raża tal-kannabis. Hu kien tressaq il-Qorti u f’April li għadda nstab ħati.

Ir-raġel kien appella mis-sentenza, iżda l-appell tiegħu ġie miċħud mill-Imħallef Edwina Grima. Il-Qorti nnutat li Farrugia baqa’ jippersisti fil-ħajja ta’ delinkwenza u fil-vizzju tad-droga.

L-Imħallef Grima ssuġġeriet lill-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Korrettiva ta’ Kordin biex jgħinu jindirizza l-problema tad-droga.

Ekonomija

Sport