Monday, May 13, 2024

Se jsir mafkar biex jitfakkar il-pumpier Joseph Zammit

Aqra wkoll

Hekk kif illum għall-ħabta tas-2:00pm se tkun qed tingħata l-aħħar tislima lill-pumpier Joseph Zammit, ir-raġel li tilef ħajtu l-Ħadd li għadda, il-Ministru Byron Camilleri ħabbar li se jkun qiegħed isir mafkar biex jikkommemora lil dan il-pumpier.

Il-Ministru Camilleri f’messaġġ fuq il-midja soċjali qal li “sabiex niċċelebraw is-servizz eċċellenti li ta Joseph Zammit u diversi kollegi tiegħu li jsalvaw u jipproteġu ta’ kuljum, il-Ministeru għall-Intern ser ikun qed jikkommemorah permezz ta’ mafkar.”

Intant, dan is-sit se jkun qiegħed iwassal rapport aġġornat u anke filmati waqt li tkun qiegħed tingħata l-aħħar tislima lil Zammit.

Sport