L‑Arċisqof Emeritu Mons. Pawlu Cremona O.P. għadda għall‑ħajja dejjem fl‑età ta’ 79 sena bħal-lum sena. Huwa twieled il‑Belt Valletta fil‑25 ta’ Jannar tal‑1946. Kien innominat Arċisqof ta’ Malta fit‑2 ta’ Diċembru 2006 u ħa l‑pussess ta’ Arċisqof fis‑26 ta’ Jannar 2007. Huwa rtira minn Arċisqof fit‑18 t’Ottubru 2014, fl‑età ta’ 68 sena.
Fl-okkażjoni ta’ għeluq l-ewwel sena mill-mewt tal-Arċisqof Emeritus ta’ Malta, Mons. Pawlu Cremona OP, l-Arċisqof Mons. Charles J. Scicluna ser jiċċelebra quddiesa requiem, illum fis-6:30pm fil-Knisja ta’ Sidtna Marija tal-Għar ir-Rabat, fejn jinsabu wkoll midfuna l-fdalijiet ta’ Mons. Cremona. Wara l-Arċisqof, akkumpanjat mill-Provinċjal P. Vince Micallef OP, ser jinawgura esebizzjoni permanenti fil-mużew tal-kunvent, li jinsab propju f’waħda mis-swali tal-kjostru.
Il-funeral sar nhar it-22 ta’ Marzu, fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, b’ġemgħa sabiħa ta’ nies tagħtih l-aħħar tislima fit-toroq tal-Belt Kapitali. Il-fdalijiet tiegħu ndifnu, skont xewqtu, fil-kappella tal-Kurċifiss fil-knisja Dumnikana tar-Rabat.

