Tuesday, May 13, 2025

Sena mill-mewt taż-żagħżugħ Dylan Axiak … tilef ħajtu b’xokk fil-Fgura

Aqra wkoll

 Bħal-lum sena tilef ħajtu traġikament iż-żagħżugħ Dylan Axiak. Kien għall-ħabta tal-11:30 p.m., meta l-Pulziija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Mater Boni Consilii, il-Fgura.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel ta’ 21 sena u joqgħod Wied il-Għajn ħa xokk waqt li kien qed jagħmel xi xogħol.

Tim mediku assista lir-raġel u ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza. Sfortunatament huwa kien iċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport