Wednesday, July 24, 2024

Sena mill-mewt taż-żagħżugħa Kacey Sciberras

Aqra wkoll

Bħal-lum sena mietet Kacey Sciberra; żagħżugħa ta’ 17 -il sena li spiċċat iċċertifikata mejta fuq il-post, hekk kif irriżulta li ġuvni ta’ 20 sena residenti San Pawl il-Baħar għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-karozza, Chevrolet Aveo, u seħħ impatt ma’ ħajt u arblu.

F’kumment li għamel missierha fuq il-midja fakkar il-memorja ta’ bintu u qal li Kacey se tibqa’ f’qalbu. “Ilhek sena li tlaqtna imma ma jgħaddix ġurnata li ma tkunx f’qalbna. Nimmisjak għal dejjem”, tenna l-missier.

Fost dawk kollha li sellmu l-memorja tiegħu kien hemm bosta persuni fosthom Justine Curmi, tfajla li dakinhar tal-inċident kienet passiġġiera fl-istess karozza li kienet Kacey.

F’messaġġ fuq Facebook, hija qaltilha; “Għaziza oħti qas naf min fejn nista nibda.. bħal-lum sena konna involuti f’incident u Alla ridek ħdejh. Kemm nimsija id-daħka tiegħek , leħnek , kollox Kac. Ma tajtekx l-aħħar bewsa għax kont mitlufa minn sensija”.

Ekonomija

Sport