Tuesday, December 24, 2024

Sensiela ta’ strajks mill-infermiera fir-Renju Unit

Aqra wkoll

Infermiera fl-Ingilterra, Wales u l-Irlanda ta’ Fuq iktar kmieni llum bdew l-ewwel minn jumejn ta’ strajks f’tilwima li għandhom mal-awtoritajiet tas-saħħa fuq il-pagi.

Dawn l-azzjonijiet industrijali se jolqtu l-iktar is-servizzi ta’ rutina li x’aktarx jiġu mfixkla fl-akbar waqfa li qatt saret mill-infermiera tal-NHS. L-infermiera se jipprovdu biss servizzi fejn il-ħajja tal-pazjenti tkun ipperikolata u xi kura urġenti oħra.

Ir-Royal College of Nursing (RCN) qed jitlob żieda fil-pagi ta’ 19% u mhux lest jaċċetta żidiet li jkunu taħt ir-rata tal-inflazzjoni u qed isostni li jekk il-pagi ma jiżdiedux ikun qed jikkompromettu l-kura tas-saħħa billi jagħmluha aktar diffiċli biex iżommu infermiera li hemm u jattiraw oħrajn ġodda.

Il-gvern tar-Renju Unit jgħid li d-domanda tal-RCN ​​mhix affordabbli fl-istesswaqt li aċċetta rakkomandazzjonijiet indipendenti dwar il-pagi.

L-istrajkijiet bdew mit-08:00 a.m. sat-08:00 p.m. ħin Ingliż fil-15 u l-20 ta’ Diċembru. Minkejja l-istrajkijiet, il-kimoterapija u d-dijalisi tal-kliewi se jibqgħu jsiru b’mod normali, flimkien ma’ kura intensiva u kritika, unitajiet ta’ inċidenti u emerġenza tat-tfal u tat-trabi tal-isptarijiet.

L-akbar impatt x’aktarx ikun fi trattament bbukkjat minn qabel bħal operzzjonijiet tal-ftuq, sostituzzjonijiet tal-ġenbejn u kliniċi tal-outpatient.

Ekonomija

Sport