Sunday, December 22, 2024

Sentejn ħabs sospiżi talli għamlet 4 snin tieħu benefiċċji soċjali b’qerq

Aqra wkoll

Janice Zammit ta’ 29 sena kienet ikkundannat sentejn ħabs sospiżi għal 3 snin wara li aktar kmieni din il-ġimgħa ammettiet li kienet qiegħda tieħu benefiċċji soċjali b’qerq.

Hija ammettiet li kienet ffrodat lid-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali u lil-Gvern Malti €17,102, fejn ħadet din is-somma flus bejn Jannar tal-2019 u Jannar tas-sena l-oħra.

Il-Maġistrat Rachel Montebello wara li semgħet ammissjoni tat-tfajla ordnatilha tirrifondi s-somma bi ħlas ta’ €150 fix-xahar.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Andy Rotin u Wayne Rodney Borg.

Ekonomija

Sport