Thursday, December 26, 2024

Sentejn ħabs sospiżi talli ħebb għall-eks-sieħba u heddidha li se jisparalha

Aqra wkoll

Żagħżugħ ta’ 28 sena residenti Ħ’Attard ġie ikkundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin wara li, fil-Qorti ammetta li ħebb għall-eks sieħba, li tiġi omm bintu, u heddidha li jagħtiha tir.

Il-każ seħħ fil-lejl ta’ bejn it-13 u l-14 ta’ Frar, meta allegatament hedded li jagħti tir lill-eks sieħba tiegħu.

Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Audrey Micallef, mit-Taqsima tal-Vjolenza Domestika, spjegat li fi 12 -i siegħa, il-vittma għamlet żewġ rapporti, fejn qalet li l-akkużat ħebb għaliha u heddidha li jisparalha.

Hija żiedet li l-Qorti diġà ħarġet ordni ta’ protezzjoni fuq il-vittma liema ordni nkisret hekk kif l-istess vittma għamlet ir-rapporti. Iż-żagħżugħ ammetta għall-akkużi kollha miġjuba kontrih.

Il-Maġistrat Monica Vella minbarra li ordnat sentenza sospiża lill-imputat, ħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni fuq il-vittma għal tliet snin.

L-akkużat kellu jiddefenduh lill-Avukati Mario Mifsud u Colin Galea waqt li għall-vittma deher l-Avukat Dean Hili.

Ekonomija

Sport