Sunday, October 27, 2024

SENTEJN TA’ TMEXXIJA RESPONSABBLI U KURAĠĠJUŻA

Cressida Galea
Cressida Galea
Ekonomista

Aqra wkoll

Illum qegħdin niċċelebraw sentejn mill-ħatra ta’ Robert Abela bħala mexxej tal-Partit Laburista u Prim Ministru ta’ pajjiżna. Robert Abela wera kemm huwa mexxej responsabbli sa mill-ewwel ġurnata li nħatar fil-kariga tiegħu. Kellu jieħu deċiżjonijiet għaqlin biex jindirizza l-effetti tal-pandemija li laqtet lid-dinja kollha. 

Importanti li meta wieħed iqabbel id-deċiżjonijiet li ħa l-Gvern Laburista bi tmexxija ta’ Robert Abela jiftakar li Malta kellha wieħed mill-ogħla indiċi ta’ rispons tal-gvern fost il-pajjiżi Ewropej kollha. Hawnhekk turi l-kapaċità tal-Gvern Laburista li għalkemm ċertu deċiżjonijiet ma kinux faċli; kemm għas-soċjetà kif ukoll għall-ekonomija, xorta waħda ttieħdu għall-ġid aħħari tal-Maltin u l-Għawdxin kollha. Wera biċ-ċar li fejn tidħol is-saħħa tagħna l-Maltin u l-Għawdxin, m’għandu jittieħed l-ebda riskju. 

F’dawn l-aħħar snin, il-Partit Laburista rrnexxielu jikseb diversi kisbiet li jiddistingwuh minn partiti politiċi oħra. Ftit mill-kisbiet sinifikanti li bħala poplu, u bi tmexxija tal-Partit Laburista, rnexxielna niksbu kienu fil-qasam tal-ugwaljanza fejn ġew indirizzati n-nuqqasijiet fil-qasam tad-drittijiet ċivili kif ukoll fil-qasam tal-ugwaljanza fil-Parlament Malti. 

Riformi oħra li twettqu taħt it-tmexxija ta’ Robert Abela huma r-rifomi bil-għan li tissaħħaħ s-Saltna tad-Dritt u t-tisħiħ tal-istituzzjonjiet filwaqt li ssir ħidma sabiex titjieb u tisaħħaħ il-governanza u r-reputazzjoni ta’ pajjiżna. Permezz tà dawn ir-riformi kbar f’pajjiżna nbidlet il-kultura u ngħatat il-libertà tal-imħabba, l-vuċi u l-ugwaljanza lil kulħadd. Dawn ir-riformi neċessarji saru minkejja li pajjiżna, flimkien mal-bqija tad-dinja, għaddej minn pandemija. 

Minħabba l-pandemija wkoll, il-Gvern taħt it-tmexxija ta’ Robert Abela ħa numru ta’ deċiżjonijiet u daħħal numru ta’ miżuri sabiex ikun ta’ spalla għall-poplu kollu; għall-familji u anke għan-negozji. Barra minn hekk, ippreżenta l-akbar baġit waqt pandemija. Baġit bl-akbar nefqa soċjali sabiex ikompli jgħin lil min hu l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà. 

F’dawn l-aħħar snin xhur  saru wkoll avvanzi kbar fejn jidħol is-suq tax-xogħol, bil-kisba tal-inqas rata ta’ qgħad fl-istorja ta’ Malta u żieda fir-rata ta’ impjiegi, minkejja l-impatt negattiv li ħadet l-ekonomija Maltija. 

Dawn il-kisbiet huma r-riżultat ta’ fiduċja u kredibbiltà li Robert Abela bħala Prim Ministru rnexxielu jikseb matul dawn is-sentejn. Sentejn ta’ sfidi, sodisfazzjon,  tiġdid u riformi. Iżda fuq kollox kienu sentejn ta’ enerġija għal dak li għad fadal x’jitwettaq fis-snin li ġejjin.

Sport