Saturday, December 14, 2024

Sentejn u nofs ħabs u €7,000 multa wara li ammetta li ttraffika l-kannabis

Aqra wkoll

Jovan Todorovic, Serb ta’ 48 sena residenti l-Mellieħa ġie kkundannat sentejn u nofs ħabs u mmultat €7,000 wara li ammetta li ttraffika l-kannabis

Is-Serb ammetta quddiem il-Maġistrat Elaine Rizzo li fl-10 ta’ Ġunju tal-2020 u anke fil-jiem ta’ qabel kellu fil-pussess tiegħu l-kannabis bi skop li jitraffika.

Hu kien akkużat li ffalsifika dokument jew li kellu fil-pussess tiegħu dokument falz. Dwar il-piena kien hemm qbil bejn l-uffiċju tal-Avukat Ġenerali u d-difiża fejn qablu dwar piena ta’ sentejn u nofs ħabs u multa ta’ €7,000.

Il-Qorti laqgħet dan il-qbil u kkundannat lil Todorovic għall-imsemmija piena.

Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispetturi Frankie Mercieca u Anthony Scerri.

Ekonomija

Sport