Anzjan iweġġa’ gravi wara li waqa’ minn fuq sellum

0
96

Raġel ta’ 63 sena residenti Santa Luċija, weġġa’ wara li waqa’ madwar sular waqt li kien nieżel sellum ġo bokka ta’ residenza.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7.00am, fi Triq il-Bruka, Santa Luċija.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku sabiex jassisti, u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iktar tard, huwa ġie ċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.