Sunday, December 22, 2024

Sentejn u nofs ħabs wara li ta n-nar karozza f’Ħal Qormi

Aqra wkoll

Janis Caruana ta’ 36 sena mill-Belt kien ikkundannat sentejn u sitt xhur ħabs wara li ammetta li ta n-nar karozza f’Ħal Qormi.

Il-każ seħħ fl-20 ta’ Awwissu li għadda, għall-ħabta tal-5.00 a.m. fi Triq ix-Xitwa. Huwa kien mixli wkoll li kkawża ħsarat f’karozza oħra u faċċata ta’ residenza, u li kien riċediv.

Fil-Qorti ntqal li waqt li l-karozza ngħatat in-nar, ma kien hemm ħadd fiha. 

Il-Maġistrat Gabriella Vella, li quddiemha tressaq Caruana, qieset l-ammissjoni bikrija tiegħu, in-natura tar-reati u l-fedina penali tiegu. Kien għalhekk li bagħtitu 30 xahar ħabs. 

Ekonomija

Sport