Friday, October 17, 2025

Sentenza sospiża fuq vjolenza kontra l-eks sieħba tiegħu

Aqra wkoll

Kevin Van Waas, Olandiż ta’ 33 sena ammetta quddiem il-Maġistrat Lara Lanfranco li fil-lejl ta’ bejn l-14 u l-15 ta’ Ottubru bejn l-10.00pm u s-6.00pm meta kien f’Birkirkara, uża vjolenza kontra l-eks sieħba tiegħu li hi ta’ nazzjonalità Maltija.

Wara l-ammissjoni tiegħu hu ġie kkundannat sentjen ħabs sospiżi għal erba’ snin.

Jirriżulta li l-imputat hedded lill-eks sieħba tiegħu b’sikkina u anke ma ħallijiex toħroġ mir-residenza fejn kienu. Minħabba li kienet imbeżża’ raqdet fir-residenza u meta filgħodu ħarġet, marret tagħmel rapport għand il-Pulizija.

L-akkużat qal li ilu f’Malta għal diversi snin u jaħdem ma’ kumpanija tal-Igaming. 

Fil-qorti hu ġie akkużat b’diversi akkużi relatati ma’ vjolenza domestika, fosthom li uża vjolenza morali u fiżika kontra l-mara, li naqqas il-kapaċità tagħha jew ipprova jillimitaha, jżommha iżolata, jew iċaħħadha mill-aċċess għall-flus, ix-xogħol jew l-edukazzjoni. 

Id-difiża qalet li ma kienix qed kkontestatx il-validità tal-arrest.

Il-Prosekuzzjoni qalet lill-Qorti li l-imputat għandu jingħata sentenza sospiża fost l-oħrajn minħabba li għandu kondotta nadifa u anke ammetta l-akkużi kontrih fi stadju bikri tal-proċeduri.

Il-qorti ħarġet ordni ta’ trażżin favur il-vittma, bl-akkużat jiġi mwissi li ma jistax ikellimha u li bl-ebda mod ma jista’ jagħmel kuntatt magħha, għax f’dak il-każ jerġa’ jitressaq il-Qorti u f’każ ta’ ħtija jista’ jiġi kundannat piena karċerajra jew multa jew saħansitra t-tnejn flimkien.

Il-Maġistrat Lanfranco qaltlu li ma jistax lanqas jersaq fil-post fejn taħdem il-vittma jew jagħmel kuntatt magħha fuq il-media soċjali jew permezz ta’ terzi persuni. 

Il-prosekuzzjoni kienet immexxija mill-Ispettur Omar Zammit. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport