Sunday, December 22, 2024

Sentenza sospiża għal raġel li ammetta li ħaraq żewġ karozzi

Aqra wkoll

Raġel ta’ 35 sena kien ikkundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin, wara li fil-Qorti ammetta li ħaraq żewġ karozzi.

Fil-Qorti, ġie spjegat li l-każ seħħ f’Awwissu ta’ din is-sena fi Triq San Ġwann f’Bormla, meta allegatament l-imputat Joshua Gatt ta n-nar lil dar ta’ xi nies fl-istess triq u li kiser il-paċi pubblika.

Fid-deċiżjoni tagħha, il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Kevan Azzopardi, qieset l-ammissjoni bikrija ta’ Gatt.

Minbarra s-sentenza sospiża, il-Qorti ordnat lil Gatt sabiex iħallas lis-sidien ta’ żewġ vetturi kważi. Il-Maġistrat Azzopardi poġġa lill-imputat taħt ordni ta’ trattament ggħal perjodu ta’ tliet snin.

Ekonomija

Sport