Raġel ta’ 37 sena li m’għandux indirizz fiss ġie ikkundannat 12-il xahar ħabs sospiżi għal 3 snin wara li tressaq il-Qorti, mixli li weġġa’ raġel, li offenda raġel ieħor u li kien qed jittallab barra Bieb il-Belt, fejn ikunu stazzjonati l-karozzii tal-linja.
Il-prosekuzzjoni mmexxia mill-Ispettur Gabriel Micallef spjega kif l-każ seħħ fid-9 ta’ Mejju tas-sena li għaddiet, meta allegatament l-akkużat, Roderick Brincat hedded raġel u weġġgħu ħafif.
Il-Prosekuzzjoni kompliet tispjega kif fil-15 ta’ Lulju tal-istess sena, meta Brincat offenda u ta fastidju lil raġel ieħor. Huwa kien mixli wkoll li qal kliem oxxen fil-pubbliku, li dejjaq nies waqt li kien qed jittallab il-karità u li għex ħajja ta’ għażż jew vagabundaġġ.
Quddiem il-Maġistrat Astrid May Grima, huwa wieġeb li huwa ħati għall-akkużi miġjuba kontrih. Kien għalhekk li l-Maġstrat Grima sabitu ħati u mnbarra s-sentenza sospiiża, ġie ordnat sabiex iħallas garanzija personali ta’ €2,000.