Wednesday, July 24, 2024

Sentenza sospiża għal tfajla li wettqet tlett serqiet minn stabbilimenti kbar fl-Imrieħel

Aqra wkoll

Tfajla ta’ 20 sena residenti Santa Venea ġiet ikkundannata sena ħabs sospiżi għal sentejn, wara li fil-Qorti, ammettiet li fis-sajf li għadda wettqet tliet serqiet li jikkonsistu f’oġġetti minn stabbilimenti kbar fl-Imrieħel.

Il-Prosekuzzjoni spjegat li l-imputata Aisha Aghil ma kintix waħedha meta wettqet is-serqa u li hija ġiet identifikata mill-kameras tas-sigurtà li kien hemm fl-istabbilimenti

Quddiem l-Maġistrat Noel Bartolo, Aghil ammettiet għall-akkużi kollha miġjuba kontriha. Meta ġiet biex tagħti s-sentenza, il-Qorti ikkunsidrat il-fatt li t-tfajla ammettiet għall-akkużi fi stadju bikri tal-proċeduri.

Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Andrew Agius Bonello, assisstiti mill-Avukat Manuel Grech, mill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.

Ekonomija

Sport