Monday, May 13, 2024

Sentenza sospiża għal żagħżugħ li seraq muturi u quadbike

Aqra wkoll

Seyble Grech ta’ 18-il sena minn Birżebbuġa ġie kkundannat sentejn ħabs sospiżi għal tliet snin wara li wieġeb ħati għall-akkużi li seraq diversi muturi u quadbike.

Dan is-serq seħħ bejn l-24 t’Awwissu u l-5 ta’ Ottubru minn diversi lokalitajiet.
Iż-żagħżugħ wieġeb ħati wkoll li laqa’ għandu passaport Kolumbjan misruq, li naqas milli jinforma lill-pulizija bil-passaport u li kiser l-ordni ta’ probation li ngħata kważi sena ilu fuq każ separat.

Ma’ Grech tressqu wkoll żewġ żgħażagħ oħra – ta’ 14 u 16-il sena rispettivament, li wkoll ammettew l-akkużi ta’ serq ta’ muturi. Is-sentenza fil-konfront tagħhom se tingħata mill-Qorti tal-Minorenni.

Uħud mill-muturi misruqa kienu nstabu mill-pulizija l-ġimgħa l-oħra f’għalqa fl-inħawi ta’ Misraħ San Nikola, f’Ħaż-Żabbar wara rapport li dawn iż-żgħażagħ u tnejn oħra kienu qed iqabbdu xi nar. Minn aktar tfittxijiet, il-pulizija kienu sabu aktar muturi li kienu rrapportati misruqa f’post ieħor.

Sport