Raġel ta’ 40 sena residenti ż-Żurrieq ammetta quddiem il-Qorti li pprovoka, ħebb u kkawża biża’ fuq ħuh u missieru ta’ 78 sena.
Il-prosekuzzjoni qalet li dan hu każ ta’ argument bejn il-familja fejn huwa ċar li hemm pika kbira bejn l-aħwa.
Il-Qorti qieset li r-raġel ammetta fi stadju bikri tal-investigazzjoni u għalhekk ħasset li sentenza ta’ priġunerija effettiva ma tkunx waħda ideali. Kien għalhekk li hu ġie kkundannat sena ħabs sospiżi għal 18-il xahar.
Inħarġet ukoll ordni ta’ trażżin fil-konfront tal-imputat.