Friday, December 27, 2024

Sentenza sospiża wara li ammettiet li heddet erba’ pulizija

Aqra wkoll

Marina Gaydukova Russa ta’ 33 sena, ingħatat sentenza ta’ xahar ħabs sospiża għal sena wara li ammettiet li heddet erba’ uffiċjali tal-Pulizija.

Il-każ seħħ nhar il-Ħamis għall-ħabta ta’ nofsillejl nieqes kwart f’San Ġiljan. Il-mara ġiet akkużata wkoll li kienet fis-sakra tant li ma setgħetx tieħu ħsieb lilha nnifisha.

Hija stqarret li ddispjaċiha għal dak li għamlet u talbet maħfra lill-pulizija.

Ekonomija

Sport