Wednesday, July 24, 2024

Sentenza sospiża wara li għamel ħsara l-ATM għax ma tatux il-flus għas-sigaretti

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Olandiż ta’ 22 sena u li qiegħed btala f’Malta ammetta li għamel ħsara fuq ATM tal-HSBC waqt li kien xurban f’Paceville.

Fil-Qorti instema’ kif l-Olandiż allegatament għamel ħsara fuq l-ATM għax ma tatux il-flus biex jixtri pakkett sigaretti. Il-prosekuzzjoni ppreżentat filmati minn kameras tas-sigurtà li wrew lill-akkużat iwettaq dan ir-reat u spjegat li hu kien ikkopera magħhom. Żiedet tgħid li hu mill-ewwel iddispjaċih għal dak li kien għamel.

Il-Qorti kkundannatu sena u nofs ħabs sospiżi għal sentejn u li fi żmien ġimagħtejn irid iħallas is-somma ta’ ftit aktar minn €13,000 fi spejjeż.

Ekonomija

Sport