Saturday, July 5, 2025

Sentenza sospiża wara li seraq 15-il fwieħa mill-ajruport

Aqra wkoll

Piotr Marcin Jastrzebski ta’ 41 sena mill-Polonja ngħata sentenza sospiża wara li ammetta li l-Ħamis filgħodu seraq 15-il fwieħa mid-duty free tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.

Il-valur tal-fwejjaħ jammonta għal ftit inqas minn €3,800.

Fil-Qorti, ir-raġel, assistit minn żewġ interpreti, wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba kontrih u skuża ruħu.

Il-Qorti, wara li kkunsidrat il-kondotta nadifa tiegħu u l-fatt li kkopera mal-Pulizija u rritorna l-oġġetti misruqa, ikkundannatu sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport