Tuesday, December 24, 2024

Sentenza sospża għal raġel li fil-Qorti ammetta li faqa t-tajers ta’ karozzi fi pjazza

Aqra wkoll

Raġel ta’ 64 sena ngħata sentenza sospiża wara li fil-Qorti ammetta li faqa’ t-tajers ta’ diversi karozzi fl-Iklin, għax fl-fehma tiegħu, il-pjazza tidher isbaħ mingħajrhom.

Quddiem il-Qorti, Philip Azzopardi kien mixli li f’perjodu ta’ sentejn, ikkaġuna b’aktar minn €2,500 fil-karozzi.

Il-Prosekuzzjoni mmexxija mis-Supretendent Joseph Busuttil spjega li r-raġel inqabad minn kamera tas-sigurtà li twaħħlet fil-pjazza tal-Iklin.

Huwa spjega li fuq medda ta’ sentejn il-Pulizja rċeviet madwar 15-il rapport dwar tajers imċartin jew mifqugħin. Qal ukoll li l-akkużat instab fil-pussess ta’ puntell u li waqt l-interrogazzjoni, Azzopardi qalilhom li l-pjazza tidher aħjar mingħajr karozzi.

Wara l semgħet is-sottomissjonijiet tal-Prosekuzzjoni u tad-Difiża li kienet mmexxija mill-avukat Franco Debono, il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace li ppresediet il-każ, ikkundannat lil Azzopardi sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin.

Huwa ġie ordnat ukoll sabiex iħallas lill-vittmi tal-ħsara li kkaġunalhom.

Ekonomija

Sport