Monday, December 23, 2024

Sentenza ta’ ħabs sospiża għal mara li rrifjuat li tilbes maskra waqt titjira minn Malta għal Katanja

Aqra wkoll

Titjira minn Malta lejn Katanja kellha ddur lura lejn Malta wara li passiġġiera rrifjutat li tilbes il-maskra, b’dan iwassal għall-arrest tagħha.

Il-Qorti semgħet kif Freya Angeolova Moutafova, Taljana ta’ 24 sena residenti l-Bulgarija, rikbet it-titjira tal-Air Malta tas-6.00 a.m.. Madankollu ftit wara t-tluq minn Malta, inqala’ argument bejn il-mara u membru tal-ekwipaġġ li insistiet li l-mara kellha tilbes il-maskra tul it-titjira.

Il-mara madankollu rrifjutat minkejja li ġiet imwissija dwar il-possibbiltà ta’ riskju tas-saħħa li hija kienet qed tesponi lil dawk abord it-titjira.

Kaġun ta’ dan il-kaptan ħa d-deċiżjoni li jdawwar it-titjira lura lejn Malta u għarraf lill-Pulizija dwar l-inċident.

Il-mara aktar tard ittieħdet il-Qorti taħt arrest fejn ammettiet li ma kinitx obdiet struzjonijiet tal-membri tal-ekwipaġġ.

Hija ngħatat sentenza ta’ sitt xhur priġunerija sospiżi għal sentejn.

Il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech wissiet lill-mara li l-imġieba tagħha poġġiet f’riskju lill-passiġġieri l-oħrajn u dan ma setax jiġi ttollerat.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Hubert Gerada, filwaqt li l-avukat Simon micallef Stafrace deher għall-mara.

Ekonomija

Sport