Sunday, December 22, 2024

“Sentiment li jeħtieġ li ngħixuh dejjem anke waqt li nkunu qegħdin niddibattu”

L-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż jagħtu l-awgurju tagħhom għal żmien il-Milied

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Dawn is-sentimenti rridu ngħixuhom is-sena kollha u jeħtieġ li nkunu kburin li pajjiż bħal tagħna, fiċ-ċirkostanzi kollha li għaddejjin madwarna nibqgħu nħaddnu l-paċi”.

Iddikjara dan il-President tar-Repubblika George Vella hekk kif għall-ħames u l-aħħar darba għadda l-awguri tiegħu fost l-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż. 

Waqt it-tnedija tal-kampanja Milied Flimkien, Vella sostna li din l-għaqda għandna tinżamm dejjem, anke meta l-ogħla awtoritajiet ikunu qegħdin jiddibattu temi importantissimi f’pajjiżna. Saħaq li hemm bżonn li pajjiżna jiffoka l-aktar fuq dawk l-aktar fil-bżonn fosthom dawk li jaqgħu lura, anke minħabba sitwazzjonijiet ta’ mard.

Huwa enfasizza li l-ispirtu tal-Milied jitlob li pajjiżna jfittex lil dawk li jħossuhom fis-solitudni jew dawk li jħossu li ma saritx ġustizzja magħhom. 

Rigward it-traġedja li għaddejja ftit bogħod barra minn xtutna, fejn eluf ta’ nisa u tfal qegħdin jiġu massakrati għas-sempliċi raġuni li jappartjenu għal poplu partikolari.

Enfasizza li n-newtralità ta’ pajjiżna ġġegħelna nfittxu l-paċi kemm bħala poplu Malti u Għawdxi, imma anke lil hinn minn xtutna u l-bżonn li l-messaġġ tagħna jibqa’ skont kif titlob minnha l-kostituzzjoni tagħna.

Ekonomija

Sport