Sunday, May 19, 2024

“Messaġġ b’saħħtu kontra twaqqif permanenti mill-gwerer”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Iċ-ċelebrazzjoni ta’ ferħ naraha fin-nukleu tal-familja. F’dawn l-aħħar tliet snin rajna kif tejjibna l-qagħda tal-familja tagħna”. Iddikjara dan il-Prim Ministru Robert Abela fil-messaġġ tiegħu għal żmien il-Milied filwaqt li fakkar dwar diversi miżuri bħalma huma żidiet fiċ-childrens Allowance u l-pensonijiet waqt il-messaġġ tiegħu fl-awgurju għal żmien il-Milied. 

Abela kompla biex jitkellem dwar il-kobor ta’ pajjiżna li fin-newtralità tiegħu baqa’ jimbotta l-messaġġ b’saħħtu li għandu jkun hemm it-twaqqif permanenti mill-gwerer biex il-popli kollha jerġa’ jkollhom id-dinjità li tixirqilhom. Huwa qal li għalina l-ħajja hija ugwali fi kwalunkwe art u li ħajja fl-Ukrajna, ħajja fir-Russja u oħra f’Gaża għandhom ikollhom il-libertà li jgħixu fil-valuri tad-dinjità.

Sostna dwar il-ġest tant sabiħ tal-inizjattiva Rigal b’Imħabba li kull tifel u tifla se jkollhom l-opportunità li jifirħu bir-rigal tagħhom li l-familja tagħhom mhux bilfors taffordja tagħtihom.

Tkellem ukoll dwar iċ-ċelebrazzjoni ta’ ġenerożità ta’ L-Istrina u l-ħidma li twettaq il-Malta Community Chest Fund li taħdem is-sena kollha biex ittejjeb il-ħajja ta’ ħaddieħor.

Sport