Saturday, May 4, 2024

“Jeħtieġ li nkunu aktar sensittivi u solidali matul is-sena kollha”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech qal li f’dawn il-ġranet imqaddsa wħud mill-iktar kliem li se nkunu qegħdin nisimgħu huma x’aktarx mħabba u solidarjetà. Kompla dwar il-bżonn li flimkien bħala familji, komunità, ġirien u soċjetà imma wkoll bħala poplu nkunu solidali mhux biss f’dawn il-ġranet imma matul is-sena kollha u li nkunu aktar sensittivi. 

“Mhux biss morda, anzjani imma dawk li anke jekk imdawrin bin-nies, qegħdin jgħixu fis-solitudni li tnaqqarhom minn ġewwa. Għandna l-obbligu li ngħarfu aktar lil dawn in-nies u dawk li jkunu qegħdin ibatu minn vjolenza fuq il-post tax-xogħol. Anke dawk li jispiċċaw emarġinati minħabba l-ħsibijiet tagħhom”, kompla Grech.

 Grech tenna b’appell lill-awtoritajiet kompetenti li jgħinu lil dawk li jkunu kapaċi jfittxu l-għajnuna. Fejn jidħlu t-tfal, huwa semma lil dawk li huma mċaħħda mill-ġenituri tagħhom u l-bżonn ta’ aktar ħidma biex l-ebda wild ma jkun imċaħħad mill-imħabba ta’ dawk l-aktar għeżież tiegħu. Huwa temm jfakkar lil dawk li ma jgawdux il-paċi dejjiema, b’mod speċjali l-poplu Ukren, dak ta’ Gaża u min jaf kemm iktar li spiċċaw bil-firdiet minħabba l-atroċitajiet tal-gwerra.

Sport