Saturday, May 4, 2024

Serata li ma tintesiex fis-sit storiku monumentali tal-Forti Sant’Anġlu fil-Birgu

Lejla ta’ storja u pjaċir mal-Festival Internazzjonali tal-Logħob tan-Nar

Aqra wkoll

Il-Forti Sant’Anġlu fil-Birgu se jerġa’ jilqa’ lill-pubbliku waqt ħinijiet estiżi nhar it-Tlieta 30 ta’ April, lejlet festa pubblika, għal lejla speċjali tul il-wirja spettakolari finali tal-Festival tal-Logħob tan-Nar. Minsuġa perfettament mat-tema tal-edizzjoni ta’ din is-sena tal-festival – ‘Sinfoniji matul id-deċenji’ – Heritage Malta qiegħda toffri serata li ma tintesiex fis-sit storiku monumentali tal-Forti Sant’Anġlu fil-Birgu, li twiegħed li tagħti pjaċir lis-sensi kollha.

Il-viżitaturi se jkunu jistgħu jgawdu veduta eċċellenti tal-qofol ta’ din iċ-ċelebrazzjoni tal-kultura Maltija minn wieħed mill-aħjar postijiet f’din il-gżira, filwaqt li jesploraw l-imkejjen tal-Forti, miftuħ esklużivament waqt ħinijiet estiżi. Il-parti ta’ fuq tal-Forti, amministrata mill-Ordni Militari Sovran ta’ Malta, mhux se tkun aċċessibbli.

Żewġ għażliet ta’ biljetti huma disponibbli. L-ewwel waħda tinkludi d-dħul biss, filwaqt li t-tieni waħda tolqot lil dawk li jixtiequ jikkumplimentaw il-lejla tagħhom b’ikla buffet imħejjija minn Taste History. Id-dettalji u l-għażliet kollha jinsabu hawnhekk: https://heritagemalta.mt/whats-on/fireworks-festival-2024/.

Il-bibien jiftħu fis-19:00, biex b’hekk kulħadd jilħaq isib postu u jgawdi l-ikla qabel ma jibda l-ispettaklu fit-8.30 ta’ filgħaxija. Dawk li jħallsu għall-buffet għandhom jaslu sas-7.00 p.m. u huma mitluba jaqtgħu l-biljetti fuq www.heritagemalta.mt/store qabel il-25 ta’ April.

Il-biljetti għad-dħul biss huma disponibbli kemm online kif ukoll mill-mużewijiet u s-siti kollha ta’ Heritage Malta.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport