Sunday, December 22, 2024

Serata ta’ ferħ teatrali f’għeluq il-50 sena mit-twaqqif ta’ ‘Dwal Ġodda’

Aqra wkoll

Mhuwiex kuljum li għaqda teatrali Maltija tiċċelebra kif xieraq il-50 sena mit-twaqqif tagħha. Il-pandemija ħarbtet diversi xogħlijiet artistiċi, fosthom teatrali, iżda bil-mod il-mod, nistgħu nerġgħu niftħu s-siparju Malti.

Fl-1970, fir-raħal pittoresk ta’ Ħal Għargħur grupp ta’ żgħażagħ fettlilhom iwaqqfu għaqda teatrali; wara ftit sejħu biex jidderiġihom lil Karmenu Aquilina (li sfortunatament ħalliena ftit ilu); l-Għaqda tawha l-isem ‘Dwal Ġodda’.

Biex jiċċelebraw il-bidu tat-tieni ħamsin sena tal-Għaqda, ħasbu biex isawru serata ta’ ferħ teatrali għall-udjenzi tagħhom, imsejħa ‘BiograFija’ bejn it-18 u l-21 ta’ Novembru fi Spazju Teatrali f’Ħal Għargħur, sewwasew hemm fejn l-Għaqda tgħix u taħdem.

YouTube video

Dakinhar, se jintwera għall-ewwel darba dokumentarju li jiġbor fih 50 sena storja ta’ teatru – b’ritratti u filmati li nħarġu mill-arkivji (jew qas biss kienu jafu li jeżistu!). Iżda mhux biss: mad-dokumentarju se jiġu amalgamati siltiet teatrali live minn produzzjonijiet tal-imgħoddi u oħrajn ġodda. 

Se jsiru diversi rappreżentazzjonijiet għall-kumdità tal-udjenza, billi l-postijiet huma limitati biex ikunu rispettata d-direttivi tal-awtoritajiet tas-saħħa. Għalhekk meħtieġ li min jixtieq jattendi jikkonferma l-attendenza tiegħu qabel u dakinhar jkun muri ċ-Ċertifikat tal-Vaċċin mal-Karta tal-Identità. L-Għaqda qalet li xieraq li l-udjenza tkun hemm imqar nofsiegħa qabel.

Din se tkun serata differenti fl-istorja ta’ 50 sena għad-Dwal Ġodda u għat-teatru Malti.

Min jixtieq iżjed informazzjoni jista’ jżur is-sit ta’ Facebook: www.facebook.com/dwalgoddatheatre/.  

Fuq Facebook hemm ukoll il-paġna tal-avveniment: https://www.facebook.com/events/4645691862149216 

Wieħed jista’ wkoll jagħmel kuntatt permezz tal-email [email protected] jew fuq in-numri tal-mobile 79092624 / 7984212

Ekonomija

Sport