Thursday, December 26, 2024

Serb arrestat wara li nqabad b’€36,040 mhux iddikjarati

Aqra wkoll

Serb ġie arrestat qabel ma telaq lejn Sqallija bil-katamaran wara li nstab li kien qed iġorr €36,040 fi flus kontanti mhux iddikjarati.

Fi stqarrija, id-Dwana qalet li l-passiġġier twaqqaf mill-Uffiċjali tad-Dwana waqt il-kontrolli ta’ rutina. Is-Serb qalilhom li ma kellu l-ebda flus x’jiddikjara iżda wara li saret tfittxija nstab li kien qed iġorr € 7,740. Wara aktar tfittxijiiet nstab li kellu €28,300 li kienu moħbija f’basket. Id-Dwana qalet li €10,000 minnhom ingħataw lura lill-passiġġier iżda l-bqija ġew ikkonfiskati.

Il-Pulizija ġew infurmati u marru fuq il-post biex jarrestaw lill-passiġġier. 

Intant, f’każ separat, il-kelba tad-Dwana Gypsy irnexxielha xxomm $12,475 ekwivalenti għal €10,640 flimkien ma’ €270 oħra fuq passiġġier minn Burma li kien sejjer lejn Istanbul. Huwa ġie offrut ftehim barra mill-qorti u ġie mmultat.

Ekonomija

Sport