Il-president ta’ Lazio Claudio Lotito saħaq li Sergej Milinkovic-Savic “mhux għall-bejgħ”.
L-internazzjonali Serb kien f’forma impressjonanti f’livell ta’ club matul l-istaġun 2021-22, fejn skorja 10 goals u rreġistra 12-il assist f’45 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha.
Il-midfielder fadallu biss sentejn fil-kuntratt attwali tiegħu, madankollu, u kien hemm għadd ta’ spekulazzjonijiet dwar il-futur tiegħu f’dawn l-aħħar xhur.
Juventus u Paris Saint-Germain għadhom marbutin mal-player ta’ 27 sena, filwaqt li Manchester United huma wkoll maħsuba li huma interessati li jġibuh f’Old Trafford.
Rapport riċenti sostna li r-Red Devils kienu qed jippreparaw biex jagħmlu ‘l-ewwel offerta’ għas-Serb, li rreġistra 57 goal u 51 assist f’292 dehra għall-club Taljan minn meta ngħaqad magħhom mingħand Genk f’Awwissu tal-2015.