Saturday, May 4, 2024

Kylian Mbappe jintlemaħ f’Madrid

Aqra wkoll

Il-mira ta’ Real Madrid, Kylian Mbappe, intlemaħ fil-kapitali Spanjola fost xnigħat dwar bidla potenzjali fis-sajf għas-Santiago Bernabeu.

Iż-żagħżugħ ta’ 23 sena, li se jara l-kuntratt tiegħu ta’ Paris Saint-Germain jiskadi x-xahar id-dieħel, huwa ħerqan li jingħaqad mal-Los Blancos u lest li jieħu tnaqqis fil-paga sabiex itemm il-pass mat-team immexxi minn Carlo Ancelotti.

Hekk kif fadallu ftit żmien fuq il-kuntratt, id-dehra ta’ Mbappe f’Madrid qanqlet spekulazzjonijiet li l-Franċiż jinsab fil-belt biex jinnegozja trasferiment ma’ Real.

Dan filwaqt li ġew ippubblikati ritratti ta’ Mbappe dieħel f’restorant f’Madrid ma’ sieħbu ta’ PSG, Achraf Hakimi.

Sport