Tuesday, May 14, 2024

Sergino Dest determinat li jibqa’ ma’ Barcelona

Aqra wkoll

Sergino Dest għadu determinat li jibqa’ ma’ Barcelona matul dan is-sajf minkejja l-ispekulazzjonijiet riċenti li jorbtuh ma’ bidla ma’ Manchester United.

Il-player ta’ 21 sena għad fadallu tliet snin oħra fil-kuntratt tiegħu fil-Camp Nou, filwaqt li ilu regolari għall-club sa mill-wasla tiegħu mingħand Ajax f’Ottubru 2020, fejn għamel 72 dehra fil-kompetizzjonijiet kollha.

Fl-aħħar staġun, il-player internazzjonali tal-Istati Uniti deher f’31 okkażjoni fil-kompetizzjonijiet kollha, u rreġistra tliet assists fil-proċess, minkejja li tħabat ma’ numru ta’ problemi ta’ fitness.

Sport