Monday, December 23, 2024

Sergio Aguero barra mil-logħob għat-tliet xhur li ġejjin

Aqra wkoll

Barcelona ħabbru li l-attakkant Sergio Aguero se jkun barra mil-logħob għat-tliet xhur li ġejjin, wara li sofra uġigħ f’sidru kontra Alaves fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet.

Il-player ta’ 33 sena ħassu ma jiflaħx fl-ewwel taqsima tad-draw ta’ 1-1 tas-Sibt f’Camp Nou, u ntbagħat l-isptar qabel ma sarulu testijiet kardjoloġiċi biex jiddeterminaw is-severità tal-kundizzjoni tiegħu.

Minn dakinhar il-club Katalan ħareġ din id-dikjarazzjoni li ġejja: “Sergio Aguero ġie suġġett għal proċess dijanjostiku u terapewtiku minn Dr Josep Brugada.”

“Hu mhux disponibbli għall-għażla u matul it-tliet xhur li ġejjin se tiġi evalwata l-effettività tat-trattament sabiex jiġi ddeterminat il-proċess ta’ rkupru tiegħu.”

L-Arġentin stqarr li: “Ninsab tajjeb u fi spirtu tajjeb biex niffaċċja l-proċess ta’ rkupru. Irrid nirringrazzjakom ilkoll għal tant messaġġi ta’ appoġġ u mħabba li jsaħħu qalbi.”

Aguero ġarrab bidu diffiċli fl-esperjenza mal-club Katalan, minn meta ħalla liċ-champions tal-Premier League Manchester City matul is-sajf.

L-attakkant tilef l-ewwel xahrejn tal-istaġun il-ġdida b’injury fil-pexxul, fejn għamel  ħames dehriet biss fil-kompetizzjonijiet kollha.

Ekonomija

Sport