Wednesday, January 29, 2025

Sergio Ramos se jirritorna ma’ Real Madrid?

Aqra wkoll

Diversi timijiet huma interessati fis-servizzi tad-difensur veteran Spanjol Sergio Ramos. Dan tal-aħħar għandu 38 sena u ilu għal dawn l-aħħar sitt xhur mingħajr klabb wara li l-aħħar li lagħab kien ma’ Seville.

Timijiet mit-Turkija, l-Arabja Sawdija, San Diego fil-Major League Soccer u Boca Juniors qed isegwu l-passi ta’ dan il-plejer.

Minkejja kollox qed jissemma’ wkoll li Ramos jista’ jagħmel ritorn drammatiku ma’ Real Madrid hekk kif dawn tal-aħħar għandhom lil David Alaba, Eder u Dani Carvajal li huma mweġġgħin.

Sport