Il-goalkeeper Spanjol Sergio Rico weġġa’ f’inċident li kellu f’Andalusia waqt li kien għaddej biż-żiemel fiż-żona msejħa El Rocio.
Rico, li hu proprjeta’ ta’ Paris St Germain iżda misluf ma’ Mallorca, weġġa’ rasu u ttieħed fi sptar f’din il-gżira stess.
Rico għandu 29 sena u matul dan l-istaġun lagħab 22 logħba ma’ Mallorca. Kemm ilu reġistrat ma’ PSG hu lagħab biss 11-il partita mis-sena 2020 ‘l hawn.