Saturday, July 25, 2026
Home Sport Tottenham Hotspur wara l-Iżraeljan Manor Solomon

Tottenham Hotspur wara l-Iżraeljan Manor Solomon

0
411

Tottenham Hotspur jinsabu interessati li jiksbu s-servizzi tal-winger Iżraeljan Manor Solomon. Dan tal-aħħar għandu 23 sena u bħalissa jinsab misluf ma’ Fulham għalkemm irreġistrat ma’ Shaktar Donetsk.

It-tim imlaqqam The Spurs hu favorit li jakkwistaw lil dan il-plejer li f’Ġunju jiskadilu l-kuntratt ma’ Shaktar u mhux beħsiebu jġeddu.

Fil-passat hu lagħab ukoll ma’ Maccabi Petah Tikva. Hu lagħab ukoll 33 darba mat-tim nazzjonali Iżraeljan filwaqt li skorja sitt gowls.