Fis-Serie A, Atalanta qabżu waħedhom fil-quċċata tal-klassifika b’rebħa f’darhom ta’ 2-1 fuq Milan biex issa jinsabu żewġ punti fuq Napoli li jridu jirkupraw partita li hija kontra Lazio.
Il-goals tal-Bergamaschi waslu minn Charles De Ketelaere (12) u Ademola Lookman (87) filwaqt li Alvaro Morata (22) kiseb id-draw momentarju għar-Rossoneri.
Inter telgħu fit-tieni pożizzjoni b’rebħa ta’ 3-1 fuq Parma.
Il-goals waslu minn Federico Dimarco (40), Nicolo Barella (56) u Marcus Thuram (67) filwaqt li l-goal ta’ Parma wasal minn auto-goal ta’ Matteo Darmian (80).