Meta tkompliet it-32 ġurnata tal-Kampjonat Taljan, Roma u Milan temmew fi draw ta’ 1-1 liema riżultat ma kkuntenta lil ħadd fl-isfida tagħhom biex itemmu mal-ewwel erbgħa.
Huma jinsabu fir-raba’ post b’57 punt u llum jistgħu jiġu milħuqa minn Inter jekk jegħlbu lil Lazio.
Meta kollox deher li l-partita kienet se tispiċċa fi draw, Tammy Abraham (94) fetaħ l-iskor għal Roma iżda Alexis Saelemaekers (97) salva r-riżultat għar-Rossoneri wara clearance ħażina ta’ Gianluca Mancini.
Spezia v Monza – Fil-partita li ntlagħbet tard il-Ġimgħa fil-għaxija, barra minn darhom Monza għelbu lil Spezia biex filwaqt li huma telgħu fid-disa’ post tal-klassifika, xeħtu lil Spezia f’aktar periklu tar-relegazzjoni meta jinsabu punt fuq iż-żona tar-relegazzjoni.
Il-goals wieħed f’kull taqsima minn Patrick Ciurria (21) u Carlos Augusto (92).