Tuesday, May 14, 2024

Football tan-Nisa: Birkirkara ppreżentati bit-trofew ta’ champions

Aqra wkoll

It-team tan-nisa ta’ Birkirkara, is-Sibt wara nofsinhar ġew ippreżentati bit-trofew il-ġdid tal-Kampjonat tan-Nisa Assikura wara li saru champions.

Birkirkara FC huma l-ewwel team li rebħu dan it-trofew ġdid li kien manifatturat mill-kumpanija Ingliża, Thomas Lyte.

Is-Sibt kellu jkun l-aħħar logħba tal-istaġun għall-Istripes, madankollu ngħataw walkover minn San Gwann. Birkirkara kienu bla telfa dan l-istaġun.

Il-President tal-Malta FA Bjorn Vassallo u Lucienne Cini, CEO ta’ Assikura Insurance Brokers PLC ippreżentaw il-midalji lill-players u lill-istaff  tekniku filwaqt li l-captain Stephania Farrugia ġiet ippreżentata bit-trofrew.

Sport