Monday, December 9, 2024

Serie A: Fiorentina u Inter fl-aqwa partita tal-ġimgħa

Aqra wkoll

F’dan tmiem il-ġimgħa tintlagħab it-13-il ġurnata tas-Serie A hekk kif it-taqtiegħa għar-rebħ tat-titlu qed issir aktar interessanti meta sitt timijiet fin-naħa ta’ fuq tal-klassifika jinsabu mifrudin b’diffe­renza ta’ erba’ punti biss u għal­daqstant jidher li kollox se jibqa’ inċert sal-aħħar stadji ta’ dan l-istaġun.

L-aqwa partita ta’  tmiem il-ġimgħa hija dik bejn Fiorentina u Inter, li t-tnejn jinsabu fit-tieni post … punt wara l-leaders Napoli.

Fiorentina v Inter – Din hija partita diretta  bejn Fio­rentina u Inter fejn xejn għajr minn rebħa ma tissodisfa l-kriterji taż-żewġ ti­mijiet biex jibqgħu jżommu l-pass mat-timijiet ta’ fuq.

Inter ġejjin minn rebħa kbira ta’ 5-0 fuq Verona filwaqt li l-Viola ukoll ġejjin minn rebħa, din id-darba għand Como bl-iskor ta’ 2-0.

Il-coach ta’ Fiorentina, Raffaele Palladino, ma jistax jinkludi lil Cristiano Biraghi, Amir Richardson u Albert Gudmundsson filwaqt li Inter għandhom neqsin lil Davide Frattesi u Francesco Acerbi minħabba li kollha qed jirkupraw minn injury.

Roma v Atalanta – Atalanta, li jinsabu fit-tieni post, imorru jilagħbu għand Roma li jinsabu fit-12-il post u jinsabu fil-bżonn tal-punti fit-tentattiv li jkunu jistgħu jisfidaw għal post f’kompetizzjoni Ewropea.

Il-Bergamaschi jinżlu għal dan il-konfront b’mo­ral għoli hekk kif ġejjin minn rebħa emfatika ta’ 6-1 għand Young Boys fil-UEFA Champions League.

Lecce v Juventus – Lecce jospitaw lil Juventus fejn dawn tal-aħħar jibdew bħala favoriti li jiksbu t-tliet punti minkejja li għandhom bosta players imweġġgħin fosthom Juan Cabal, Vasi­l­ije Adzic, Douglas Luiz, Nicolas Gonzalez, Bremer u Arkadiusz Milik.

Il-Bianconeri ġejjin minn draw kontra Milan (0-0) u għaldaqstant ma jistgħux jwaqqgħu aktar punti.

Milan v Empoli – Milan jilqgħu lil Empoli f’dik li hija meqjusa bħala partita delikata.

Huma jinsabu distakkati mil-leaders Napoli b’10 punti u għaldaqstant il- pressjoni tinsab kollha fuqhom minħabba li saħansitra jistgħu wkoll ifallu milli jikkwalifikaw għall- UEFA Champions Lea­gue.

Torino v Napoli – Napoli jmorru għand Torino li, wara bidu tajjeb fejn saħansitra kienu fl-ewwel post tal-klassifika, issa jinsabu fil-11-il pożizzjoni.

Napoli jridu jżommu f’moħħhom li ma l-iċken żel­qa hemm erba’ timijiet li jistgħu jaqbżuhom min­ħab­ba li jinsabu punt biss warajhom – Inter, Atalanta, Fiorentina u Lazio.  

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport