Sunday, December 22, 2024

Serie A: Għaliex ir-referee Marco Di Bello ma saffarx għal penalty favur Bologna kontra Juventus?

Aqra wkoll

Fil-konfront tas-Serie A ta’ nhar il-Ħadd li għadda, ir-referee Marco Di Bello naqas milli jsaffar għal penalty favur Bologna fid-draw ta’ 1-1 kontra Juventus liema partita kienet mimlija kontroversji b’dan l-episodju jkun wieħed partikolari biex iġġenera tensjoni kbira fost il-partitarji.  

L-imsemmija azzjoni waslet, fit-72 minuta, meta l-attakkant Dan Ndoye ta’ Bologna deher isofri foul fit-tarf tal-kaxxa ż-żgħira minn Samuel Iling. 

Sa dak il-ħin, Bologna kienu qed jirbħu bl-iskor ta’ 1-0 u kulħadd antiċipa li kienu se jingħataw il-penalty minħabba li l-foul kien wieħed ċar. 

Min-naħa tal-Assoċjazzjoni Taljana tar-Referees (AIA) ikkummentat b’mod rabjuż għall-prestazzjoni ta’ Di Bello f’dik il-partita u qed tikkunsidra li tneħħih minn fuq il-kalendarju għal xahar. 

Ir-referee in kwistjoni fil-bidu spjega lill-bank ta’ Bologna li “ma kienx foul minħabba li ż-żewġ players waslu flimkien fl-istess ħin fuq il-ballun,” iżda ma spjegax għaliex il-VAR ma bidlitx id-deċiżjoni tiegħu. 

Fi tmiem il-partita Di Bello pprova jispjega d-deċiżjoni lill-managers ta’ Bologna: l-ewwel id-direttur sportiv Marco Di Vaio u mbagħad il-president Claudio Fenucci. 

Meta mistoqsi għaliex ma saffarx għal penalty,  huwa wieġeb: “Għax ma tajtx dak ta’ Chiesa.”

Min-naħa l-oħra, ir-raba’ uffiċjal, Matteo Marcenaro, kien ftit aktar disponibbli, u qal lill-managers ta’ Bologna: “Jekk għamilna żball, niskużaw ruħna …..”

Ekonomija

Sport