Sunday, December 22, 2024

Serie A: Iċ-champions Milan umiljati minn Lazio

Aqra wkoll

Lazio sempliċement iddominaw lil Milan u umiljawhom bl-iskor ta’ 4-0 biex ingħaqdu ma’ Inter u Roma fit-tielet post, punt biss taħt l-istess Milan, li issa jinsabu 12-il punt ‘il bogħod mil-leaders Napoli.

Appena għaddew erba’ minuti, Lazio fetħu l-iskor minn Sergej Milinkovic-Savic li xeħet fir-rokna tax-xibka fuq suġġeriment ta’ Mattia Zaccagni.  

Fit-38 minuta, Lazio rduppjaw meta  Pedro għadda lejn Adam Marusic li x-xutt tiegħu laqat sieq il-lasta bil-ballun jasal għand Mattia Zaccagni li mill-viċin ma żbaljax.

Fis-67 minuta, Lazio għamluhom tlieta meta ngħataw penalty meta Pedro twaqqa’ minn Pierre Kalulu fil-kaxxa biex mill-11-il metru, Luis Alberto ma żbaljax.

Kwarta mit-tmiem, Lazio għaqqdu l-poker meta azzjoni mibdija minn Zaccagni li xeħet lejn Luis Alberto li żmarka lil Felipe Anderson u minn tmien metri bogħod spara l-ballun għal ġox-xibka.   

Ekonomija

Sport