Monday, April 29, 2024

Joshua Kimmich isalva lil Bayern Munich minn telfa

Aqra wkoll

Joshua Kimmich salva lil Bayern Munich minn telfa meta lagħbu f’darhom kontra Cologne għat-tieni draw konsekuttiv fil-Bundesliga. 

Cologne kienu fetħu l-iskor kmieni fil-partita, eżattament, ir-raba’ minuta permezz ta’ volley ta’ Ellyes Skhiri.

Iżda Bayern iddominaw dan il-konfront peró ma setgħux isibu t-triq lejn ix-xibka avversarja … sakemm fil-ħin miżjud Kimmich venven xutt minn barra l-kaxxa biex dan il-goal huwa kandidat denju tal-isbaħ wieħed tas-sena. 

Bayern jinsabu erba’ punti fuq RB Leipzig, li telgħu fit-tieni meta għelbu lil Schalke 6-1, b’Andre Silva jiskorja darbtejn.

Silva fetaħ l-iskor fis-seba’ minuta qabel ma Benjamin Henrichs irdoppja  tmien minuti wara.

Minuta qabel il-mistrieħ Silva skorja t-tieni personail u Timo Werner żied ir-raba’ fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima. 

Fis-56 minuta,  Soichiro Kozuki naqqas il-marġni għal Schalke iżda goals minn Dani Olmo u Yussuf Poulsen għalqu din il-goleada. 

Bayern Munich għandhom 36 punt filwaqt li Leipzig għandhom 32. 

Sport