Wednesday, March 27, 2024

League Cup: Pass kbir minn Newcastle United lejn il-finali

Aqra wkoll

Newcastle United għamlu pass kbir lejn il-finali tal-League Cup meta fl-ewwel leg tas-semi-finali, barra minn darhom huma għelbu lil Southampton bl-iskor ta’ 1-0. 

Il-protagonista kien, bla dubju, il-goalkeeper Nick Pope li wettaq save determinanti biex żamm lill-Magpies fil-logħba sakemm wasal il-goal rebbieħ. 

Din ir-rebħa kienet tfisser li teżisti possibbiltá kbira li Newcastle jirbħu l-ewwel unur wara nuqqas ta’ 54 sena meta l-aħħar unur li rebħu kien it-Tazza tal-Fieri, fl-1969. 

Il-goal rebbieħ wasal fit-73 minuta b’xutt mill-viċin minn Joelinton wara li ftit qabel kien falla ċans tad-deheb. 

It-tieni leg jintlagħab il-ġimgħa d-dieħla f’St James Park u għaldaqstant huma favoriti li jmorru f’Wembely bl-avversarju jkun ir-rebbieħ bejn Nottimgham Forest u Manchester United. 

Ekonomija

Sport