Saturday, August 23, 2025

Serie A: Iċ-champions Napoli jibdew id-difiża kontra Sassuolo

Aqra wkoll

Meta llum jinagħta bidu għas-Serie A, iċ- champions Napoli jibdew id-difiża tagħhom għand Sassuolo.  

Interessanti huwa l-fatt li ż-żewġ timijiet tal-belt ta’ Milan, Inter u Milan li jaqsmu bejniethom Stadio San Siro, se jilagħbu l-partita tagħhom f’darhom f’dan il-programm … Milan kontra Cremonese llum u Inter kontra Torino, nhar it-    Tnejn … xi ħaġa li rari tiġri fil- kampjonat.

Sassuolo v Napoli – L- ewwel partita ta’ Napoli hija meqjusa bħala waħda delikata hekk kif imorru għand Sassuolo li fl-istaġun li għadda ddominaw is-Serie B u spiċċaw fl-ewwel post tal-klassifika bi 82 punt minn 38 partita.

In-Naplitani ġew imsaħħa bl-akkwist tal-internazzjonali Belġjan, Kevin de Bruyne, mingħand Manchester City.

Peró, l-istess Naplitani kellhom l-isfortuna li jitilfu lill-attakkant internazzjo­na­li Belġjan, Romelu Lukaku li se jdum barra mill-az­zjoni erba’ xhur minħabba injury muskolari fil-koxxa.

Min-naħa tagħhom, Sassuolo ma jistgħux jinkludu lis-sospiż, Jay Idzes.

Inter v Torino – Inter iridu jpattu bil-kbir għad-diżappunt tal-istaġun li għadda meta spiċċaw ma rebħu xejn minkejja li kienu qed jisfidaw għal diversi unu­ri fosthom il-kampjonat, il-Coppa Italia, is-Super Cup Taljana, il-UEFA Champions League u t-Tazza tad-Dinja tal-Clubs.

Il-coach issa huwa Christian Chivu li ħa post Simone Inzaghi fit-tmun. Chivu, li hu wkoll eks-player Nerazzurro, hu fiduċjuż li jista’ jwassal lil Inter biex jilħqu l-objettivi tagħhom.

Inter ma jistgħux jutilizzaw lis-sospiż, Hakan Calhanoglu,  filwaqt li Torino ma jistgħux jinkludu lil Ardian Ismajli, Duvan Zapata, Alieu Njie, Pietro Pellegri u Perr Schuurs minħabba li jinsabu mweġġgħin.

Milan v Cremonese – Milan jilqgħu lit-team promoss ta’ Cremonese u l-attrazzjoni prinċipali se tkun immirata fuq il-coach il-ġdid, Maximiliano Allegri, u l-akkwist il-ġdid, il-Kroat Luca Modric, li ffirmawh mingħand Real Madrid. U minkejja li għandu 39 sena żgur li se jkun vitali fil-pjani ta’ Allegri.

Ir-Rossoneri se jinżlu bl-aqwa formazzjoni possibbli bl-eċċezzjoni ta’ Santiago Gimenez li jinsab sospiż.

Juventus v Parma – Juventus jibdew favoriti li jieħdu t-tliet punti kontra Parma li fl-istaġun li għadda spiċċaw fil-15-il post.

Il-coach, Igor Tudor, ingħata l-fiduċja biex ikom­pli jiggwida lit-team wara li f’nofs l-istaġun li għadda ingħata l-kariga wara tkeċċija ta’ Thiago Motta, fejn kiseb bosta riżultati pożittivi.  

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport