Fil-Kampjonat Taljan, iċ- champions il-ġodda Napoli sfaw megħluba minn Monza bl-iskor ta’ 2-0
Monza v Napoli – Barra minn darhom iċ-champions renjanti Napoli marru għand Monza u ħarġu telliefa bl-iskor ta’ 2-0.
Anke jekk dan il-konfront kien biss formalitá għalihom, xorta waħda ddiżappuntaw hekk kif kellhom ibaxxu rashom quddiem il-modestá ta’ Monza, bl-iskorers tagħhom ikunu Dany Mota (18) u Andrea Petagna (54).
Verona v Torino – F’darhom Verona tilfu bl-iskor ta’ 1-0 kontra Torino biex għadhom fil-periklu tar-relegazzjoni.
L-uniku goal tal-logħba wasal minn Nikola Vlasic (29).
Fiorentina v Udinese – Fiorentina għelbu lil Udinese 2-0 bil-goals jaslu wieħed f’kull taqsima minn Gaetano Castrovilli (7) u Giacomo Bonaventura (92).
Bologna v Roma – Roma marru għand Bologna u kellhom jikkuntentaw bi draw ta’ mingħajr goals biex fallew żewġ punti mill-aktar importanti fit-tenattiv li jkomplu jissieltu għal post mal-ewwel erbgħa.
Peró issa huma prattikament maqtugħin għal kollox mit-taqtiegħa.