Tuesday, May 14, 2024

Żewġ titjiriet tal-AirMalta kellhom jinżlu Katanja minħabba riħ qawwi

Aqra wkoll

Żewġ titjiriet tal-AirMalta, waħda li kellha tasal minn Berlin u oħra mill-ajruport ta’ Orly f’Pariġi kellhom ibiddlu r-rotta u minflok għamlu nżul fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta kellhom jinżlu Katanja.

Fi stqarrija l-AirMalta qalet li dan ġara minħabba riħ qawwi li kien hemm u l-bdoti ma setgħux iniżżlu l-ajruplan. Iż-żewġ titjiriet se jkunu qegħdin jirritornaw lejn Malta hekk kif it-temp jippermetti.

Jidher li ma’ dawn it-titjiriet kien hemm oħrajn fosthom tar-Ryanair li wkoll kellha tinżel fi Sqallija.

Persuni qrib l-AirMalta u li tkellmu ma’ talk.mt qalu li l-bdoti pprovaw jinżlu b’mod normali fuq ir-runway tal-Ajruport Malti, iżda hekk kif waslu fl-approach kien hemm periklu biex jinżel.

Għalhekk ittieħded id-deċiżjoni li jkun aħjar li jmorru lejn Sqallija u jinżlu hemm b’mod sigur.

Sport